MALTA FISHING TACKLE

Prices include VAT and customs charges in EU.
Free Worldwide shipping on orders over 50 euros.
Informazjoni dwar sajd Rikreazzjonali u Sportiv minn bastimenti registrati MFC, S, Valletta.
L-uzu ta kull tip ta' xibka u konzijiet tal-wicc bhal tal-pixxispad, tonn u alungi ma jistghux jintuzaw minn bastimenti rikreazzjonali jew sportivi. F'din il-kategorija jistghu jintuzaw irkapti ohra bhal konzijiet tal-qiegh, nases u rixa skond il-Legislazzjoni Sussidjarja 425.01, "Regolamenti dwar is -Sajd'.
Il-qabda tal-hut li tinqabad minn dan it-tip ta' sajd ghanda tinzamm ghall-uzu personali u ma tistax tigi kkumercalizzata. Il-hut li jinqabad jista' jigi kkumercjalizzat biss jekk tinghata awtorizazzjoni mid-Direttorat tas-Sajd. Din l-awtorizazzjoni tkun tista' tinhareg biss jekk id-dhul tal-bejgh imur ghall-karita'.
Sajd rikreazzjonali ghall-lampuki ma jistax isir madwar kanizzati registrati fuq bastimenti kummercjali.
Skond rikkomandazzjonijiet tal-ICCAT, L-istagun tal-pixxispad jaghlaq ghal perjodu ta zmien kull sena. F'kaz li xi pixxispad jinqabad b'irkaptu rikreazzjonali, dan ghandu jigi mitluq immedjatament u bl-ebda mod ma jinzamm abbord jew jitnizzel l-art. Kull pixxispad li jinstab fil-perjodu ta' l-gheluq jigi kkonfiskat immedjatament u tittiehed azzjoni amministrattiva jew legalli kontra sid il-bastiment.
Kull bastiment tas-sajd rikreazjonali jew sportiv ghandu bzonn awtorizazzjoni mid-Direttorat tas-Sajd, biex ikun jista jistghad ghat-tonn. Skond Artiklu 12 tar Regolament tal- kunsill (KE) Nru 302/2009, f'kaz li tinghata din l-awtorizazzjoni il-kwantita' ta' tonn li jinqabad, jinzamm abbord, ikun trasbordat u zbarkat ma jistax ikun aktar minn individwu wiehed ta' tonn f'kull vjagg tas-sajd.
F'kaz li jinghata awtorizazzjoni speciali, id-daqs minimu ghat-tonn fil-Bahar Mediterran li jista' jitnizzel l-art ghandu jkun ta' 30kg jew 115cm tul (ghaldaqstant it-tunagg huwa protett matul is-sena kollha). Jekk jinqabad tonn izghar minn dan id-daqs ghandu jintelaq lura fil-bahar immedjatament. Barra minnhekk il-kummercjalizzazzjoni ta' tonn maqbud f'sajd rikreattiv mhux permess u jista' jinbiegh biss jekk tinghata awtorizazzjoni mid-Direttorat tas-Sajd. din l-awtorizazzjoni tkun tista' tinhareg biss jekk id-dhul tal-bejgh imur ghall-karita'. F'kaz li jinghata permess specjali u jinqabad xi tonn b'irkaptu rikreazzjonali, l-informazzjoni dwar il-huta ghandha tinghata lid-Direttorat tas-Sajd sabiex Malta tkun tista' tirregistra informazzjoni dwar il-qbid ta' tonn minn sajd rikreatttiv u tikkomunikha lill-kummissjoni kif mehtieg.
Kull pixxispad jew tonn li jinqadad minn dghajjes rikreazzjonali ghandu jinhatt f'wiehed mill-erba' portijiet maghzula (Mgarr, Ghawdex, Marfa, Valletta jew Marsaxlokk). Qabel ma d-dghajsa tidhol f'wiehed minn dawn il-portijiet, is-sajjied ghandu jcempel lill-Ufficjal tal-Hatt 4 sieghat qabel biex dan ikun prezenti waqt il-hatt.
Port | Ufficjal-Hatt | Mobile No. |
---|---|---|
Mgarr Ghawdex | Mario Tabone | 99826334 |
Marfa | Jonathan Cassar | 99460164 |
Valletta | Frans Caruana George Cauchi | 79592257 99827728 |
Marsaxlokk | William Gatt Joseph Gatt | 79332394 79835686 |
Skond Ariklu 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006, organizmu tal-bahar li jkun izghar mid-daqs specifikat fit-Tabella f'Anness 1 m'ghandux jinqabad, jinzammm abbord jew jitnizzel l-art. Id-daqs ta' kwalunkwe huta ghandu jitkejjel mit-tarf tal-geddum tal-huta sat-tarf tad-denb. Dawn id-daqsijiet jghoddu ghal kull tip ta' sajd, anke dak bil-qasba minn mall-kosta. kull huta li tinqabad li tkun izghar minn dawn il-qisien ghandha terga' tintelaq fil-bahar.
Skond Avviz Legali 58 tal-1979 id-daqs minimu tal-vopa, voparella, arznella u l-munqar ghandu jkun ta' 90 millimetru. Il-hut l-iehor kollu li mhux imsemmi, minbarra l-makku u n-nemusa ghandu jkun ta' daqs minimu ta' 115 millimetru.
Id-daqs minimu tas-sicc huwa ta' 75 millimetru u tal-klamri huwa ta' 100 millimetru. Dan il-kejl ghandu jitqies minn quddiem l-ghajnejn sat-tarf ta' gisimhom.
Anness 1
Daqsijiet Minimi ta' organizmi tal-bahar
Isem Xjentifiku | Isem bl-Ingliz | Isem bil-Malti | Qies minimu |
---|---|---|---|
Dicentrarchus labrax | Sea bass | Spnotta | 25cm |
Diplodus annularis | Annular sea bream | Sparlu | 12cm |
Diplodus puntazzo | Sharpsnout sea bream | Moghza | 18cm |
Diplodus sargus | White sea bream | Sargu | 23cm |
Diplodus vulgaris | Two-banded sea bream | Xirghien | 18cm |
Engraulis encrasicolus | European anchovy | Incova | 9cm |
Epinephelus spp. | Groupers | Cerna Dott tal-faxxi Dott tebgha safra Dott iswed | 45cm |
Lithognathus mormyrus | Stripped sea bream | Mingus | 20cm |
Merluccius merluccius | Hake | Marlozz | 20cm |
Mullus spp. | Red mullet |
Trilja bla faxxi Trilja tal-faxxi | 11cm |
Pagellus acarne | Spanish sea bream | Bazuga | 17cm |
Pagellus bogaraveo | Red sea bream | Pagella hamra | 33cm |
Pagellus erythrinus | Common pandora | Pagella | 15cm |
Pagrus pagrus | Common sea bream | Pagru komuni | 18cm |
Polyprion americanus | Wreckfish | Hanzir | 45cm |
Sardina pilchardus | European sardine | Sardina | 11cm |
Scomber spp. | Mackerel | Kavall Kavall tal-ghajn | 18cm |
Solea vulgaris | Common sole | Lingwata komuni | 20cm |
Sparus aurata | Gilt-head sea bream | Awrata | 20cm |
Trachurus spp. | Horse mackerel, Scad | Sawrella Sawrella kahla Sawrella Ghajn kbar | 15cm |
Skond Artiklu 8(4) tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006, xkubetti li jisparaw froxxni ghandhom ikunu pprojbiti jekk jintuzaw flimkien ma' apparat tan-nifs taht l-ilma jew filghaxija minn inzul ix-xemx sakemm jisbah.
Hemm zoni protetti fejn fihom ma jista' jsir l-ebda sajd jew is-sajd huwa limitat. Certi regolamenti jillimitaw is-sajd minhabba ragunijiet ta' sahha publikka, ohrajn peress li jservu ta' nursery areas u ohrajn ghax huma zoni ta' importanza naturali jew ekologika.
Artiklu 11 tal-Avviz legalli 425.01 jistabbilixxi kull tip ta' sajd qrib il-bokka tad-dranagg f'Wied Ghammieq huwa pprojbit ghal kollox.
Artiklu 12 tal-Avviz legali 425.01 jistabbilixxi li ma' jistax jsir l-ebda tip ta' sajd fid-dahla tat-Tarzna jew wara l-Isla minghajr permess specjali mid-Direttorat tas-Sajd.
Skond Avviz lill-bahhara NTM67 tal-2004, is-sikkek artificjali li jinsabu f'St. Georges Shoals u l-ponta ta' san Giljan huma protetti min kull tip ta' sajd ghajr ghal dak pelagiku (tal-wicc).
Avviz lill-bahhara NTM5 tal-2008, jiddikjara dawn iz-Zoni ta' Konservazzjoni madwar bastimenti mgharrqa. Hawnhekk ma' jista jsir l-ebda tip ta' sajd ghajr ghal dak pelagiku jew bir-rixa.
1. UM el Farud, limiti ta' Wied iz-Zurrieq.
2. MV Xlendi, Cominoland u Kawela, il-barra mix-Xatt l-Ahmar, Ghawdex.
3. Tug St. Michael u Tug 10, limiti ta' Wied il-Ghajn.
4. Imperial Eagle, il-barra mill-ponta tal-Qawra.
5. Rozi u P29, il-barra mic-Cirkewwa.
6. L-ajruplan Bristol Beaufighter, il-barra mill-Exiles f' San Giljan.
L-Avviz legali 311 tal-2006, jista jistabilixxi dawn iz-zoni marittimi bhala Areas Specjali ta' Konservazzjoni (SACs) u jillimita s-sajd skond il-post u l-metodi tas-sajd.
1. Iz-zona marittima bejn Irdum majjiesa u Ras ir-Raheb.
2. Zona marittima fil-limiti tad-Dwejra, Ghawdex.
L-Avviz ghall-bahhara NTM6 tal-2008 jipprotegi l-kolonja tal-Garni li hemm ibejjet fl-irdumijiet ta' Rdum tal-Madonna, limiti tal-Mellieha. Ghaldaqstant, iz-zona marittima ta bejn il-ponta tal-Ahrax u Dahhlet ix-xilep hija meqjusa bhala Area ta' protezzjoni specjali (SPA). Hawnhekk, f'certi xhur tas-sena, ma jista jsir l-ebda tip ta' sajd ghajr dak pelgiku jew bir-rixa.
Skond l-Avviz ghall-bahhara NTM16 tal-1987 in-navigazzjoni ta' kull tip ta' ingenju tal-bahar huwa pprojbit sa f'ragg ta' mil nawtiku madwar il-Gzira ta' Filfla. It-trakkar, ghawm, attivitajiet ta' taht il-bahar u sajd huma wkoll ipprojbiti. Ghaldaqstant, l-Avviz legali 173 tal-1990 jippermetti sajd pelagiku gewwa l-mil nawtiku madwar Filfla.